Victoria ... from Lukanda Propaganda by Kafena
Tracklist
| 10. | Victoria ... | 5:10 |
Lyrics
Victoria ...
Irkibt fuq demmek aħmar u żortlok l-intern
Fuq bus stop nistenna n-numru li jwassalni fl-infern
Il-vini mqabbżin, żewġ sulari għoljin
Arkati tal-għadam li tmermru tul is-snin
L-irġiel skjerati ġo kamra jarmu x-xorb li xorbu
B'id waħda mal-ħajt jimmiraw lejn fejn ma hemmx introjtu
Warajhom suldati Marxisti jippuntaw l-ixkubetti
Biex il-fdalijiet tagħhom isiru l-ikel tal-kaporali u tal-insetti
Victoria int salvajtni, int ħlejtni u vvalenajtni
Victoria ġibt il-flus iżda lili umiljajtni
Victoria għammidtni ġox-xmara u l-ħajja erġajt tajtni
Għax Victoria mixgħula binhar, u Victoria dejjem tixgħel billejl
Hail Victoria, Hail Victoria
U int tidħaq b'idejk quddiem ħalqek u b'għajnejk żoroq
Waqt li l-poplu jħambaq ħsibijietu ġo dal-ħmieġ ta’ toroq
Dik il-libsa fjurita, nixtieq inħollha mill-friegħi
Għax il-ġilda tiegħek tixgħel ġol-abbiss tal-perverżjonijiet tiegħi
Victoria int salvajtni, int ħlejtni u vvalenajtni
Victoria ħadt il-flus iżda wara umiljajtni
Victoria għammidtni ġo xmara sakemm bl-ilma xebbajtni
Victoria titqaħħab binhar, u Victoria mhux ser tieqaf billejl
Hail Victoria, Hail Victoria
Victoria, Victoria fil-ħolm sikwit tiġri warajja
Victoria, Victoria, min xeba’ minnek tista’ tgħid li xeba’ mill-ħajja
Victoria...
I climbed onto your red blood, visited your insides
At a bus stop I await the number that will take me to hell
Veins sticking out, two storeys high
Arches of bone decayed with the years
Men lined up in a room, throwing up their drinks
with one hand against the wall, aiming for a place with no income
Behind them Marxist soldiers aiming their rifles
so that their remains become food for the corporals and insects
Victoria you saved me, wasted me, poisoned me
Victoria I got the money but you humiliated me
Victoria you baptised me in the river, brought me to life again
for Victoria is alight by day, alight by night
Hail Victoria, Hail Victoria
And you laugh with your hands on your mouth and your blue eyes
whilst the people bay out their thoughts in these dirt-laden streets
That flowery dress, I'd like to untie it from the branches
for your skin lights up in the abyss of my perversions
Victoria you saved me, wasted me, poisoned me
Victoria I got the money, but after you humiliated me
Victoria you baptised me in the river till I had enough of the water
Victoria you sell your body by day, Victoria you won't stop at night
Hail Victoria, Hail Victoria
Victoria, Victoria you eternally haunt me in dreams
Victoria, Victoria, when a man is tired of you he is tired of life
Credits
INFORMATION:
Words and music: Kris Spiteri
Arrangements : Daniel Cauchi, Peter Borg, Kris Spiteri
Orchestral Arrangements: Aurelio Belli
Recorded: Railway Studios (MT)
Production and engineering: Peter Borg
Mixing and Mastering: Howard Keith, Jagged House Studios
Booklet Drawings: Steve Bonello
Design: Robert Spiteri
Duplication and printing: Reciprocal Records
Proof reading: Michael Spagnol
MUSICIANS:
Daniel Cauchi, Kris Spiteri, Peter Borg, Marcelline Agius , Nadia Debono, Akos Kertész, Alex Bezzina, Aurellio Belli, Jesmond Azzopardi, Marco Cola, Ivan Borg, Eric Wadge, Oliver Degabriele, Robert Spiteri, Alex Debono, Fabrizio Giorgio, Matthew James Borg, Yuri Charyguine.








