🔗 ⚙️

Ħudu gost from Lukanda Propaganda by Kafena

Tracklist
8.Ħudu gost4:35
Lyrics

Ħudu gost

Ħudu gost tgħixu flimkien titkellmu fuq dak li sar, li kien. Ħudu gost
Ħudu gost tissoċjalizzaw, tinħbew wara l-kordi vokali, kemm jagħmlu ħoss
Ħudu gost tilagħbu max-xitan li qatel lilu nnifsu għax ma kienx ferħan. Ħudu gost

Ħudu gost tfittxu ’l xulxin, tippużaw għal xi stessu biex jgħaddi l-ħin. Ħudu gost
Ħudu gost tinstabtu mal-art, tixorbu sakemm jaħkimkom il-mard. Ħudu gost
Ħudu gost titbagħbsu b’idejn maħmuġin, tfittxu lil Alla u tużawh ħażin. Ħudu gost

Issa ejja ’l hawn ħalli ġismek jintelaq
Ejja ’l hawn ħa nitwieled mill-ġdid
Ejja ’l hawn ħa tkun taf x’jiġifieri
Billejl u binhar jien tiegħek is-Sid
Ejja ’l hawn fejn qed taħseb li sejra?
Ejja ’l hawn għamel dak li ngħid jien
Ejja ’l hawn ħa tnessini l-qdusija
Il-kullar ilbsu int waqt li qegħdin flimkien
Ejja ’l hawn… nerfgħu qlubna fil-għoli
Ejja ’l hawn fl-għoli tas-smewwiet
Ejja ’l hawn għax għajjejt inkun xogħli
Ejja ’l hawn tibkix xortik
Ejja ’l hawn mhux se jisgħobbik

Ħudu gost titkellmu oxxen, il-kelma hija t-triq li ser toħodkom l-infern. Ħudu gost
Ħudu gost tinħaslu fil-flus, qiskom ħniezer titkissru biex tiftħu l-karus. Ħudu gost
Ħudu gost tindafru fil-libertà ’l bogħod minn dal-vot tal-kastità. Ħudu gost

Ħudu gost tilagħbu man-nar, bi dnubietkom issallbu l-fidi b’musmar. Ħudu gost
Ħudu gost tingħaqdu fiż-żwieġ, biex uliedkom jittieklu mal-kejk tat-tieġ. Ħudu gost
Ħudu gost għax tistgħu tinnamraw u fil-ħajja eterna tiddubitaw. Ħudu gost



Have fun

Have fun living together, talking about what happened, what has been. Have fun
Have fun socialising, hiding behind vocal chords, how noisy they are
Have fun playing with the devil that killed himself out of sadness. Have fun

Have fun seeking each other, posing for selfies to pass the time. Have fun
Have fun hitting the ground, drinking until you're crushed with sickness. Have fun
Have fun touching each other up with dirty hands, seeking God and using him wrongly. Have fun

Now come over here and let your body go
Come over here so I can be born again
Come over here so you know what this means
Night and day I am your Lord
Come over here, where do you think you're going?
Come over here, do what I tell you
Come over here and make me forget my holiness
You can wear the collar whilst we're together
Come over here... we raise our hearts
Come over here up in the heavens
Come over here, I'm tired of being my job
Come over here, weep not your fate
Come over here, you will not regret it

Have fun talking dirty, words are the road to hell. Have fun
Have fun laundering money, you're like hogs fighting to open the piggy bank. Have fun
Have fun losing yourselves in freedom, far from this vote of chastity. Have fun

Have fun playing with fire, you crucify your faith with your sins. Have fun
Have fun joining hands in marriage, for your children to be eaten with the wedding cake. Have fun
Have fun for you can engage in love and doubt eternal life. Have fun

Credits
from Lukanda Propaganda, released January 1, 2015
INFORMATION:

Words and music: Kris Spiteri
Arrangements : Daniel Cauchi, Peter Borg, Kris Spiteri
Orchestral Arrangements: Aurelio Belli
Recorded: Railway Studios (MT)
Production and engineering: Peter Borg
Mixing and Mastering: Howard Keith, Jagged House Studios
Booklet Drawings: Steve Bonello
Design: Robert Spiteri
Duplication and printing: Reciprocal Records
Proof reading: Michael Spagnol

MUSICIANS:
Daniel Cauchi, Kris Spiteri, Peter Borg, Marcelline Agius , Nadia Debono, Akos Kertész, Alex Bezzina, Aurellio Belli, Jesmond Azzopardi, Marco Cola, Ivan Borg, Eric Wadge, Oliver Degabriele, Robert Spiteri, Alex Debono, Fabrizio Giorgio, Matthew James Borg, Yuri Charyguine.
LicenseAll rights reserved.
Tags
Recommendations