L-Irdum from Il-Ħlas by Djun
Tracklist
| 4. | L-Irdum | 4:22 |
Lyrics
Qabbadtni l-bard illum,
Ilmaħtek miexja fuq l-irdum,
It-tarġa nieqsa mis-sellum,
Il-mewġ inessi s-sens komun.
Ieqaf sekonda,
Poġġi bil-qiegħda fl-art,
Kif ma nitgħallmu qatt?
Qabbadtni l-bard illum,
Is-serp jittanta l-iljun,
Il-glorja, t-telfa, u l-unur,
Id-demm jistaħba ma’ l-irdum.
Ieqaf minuta,
Imtedd maġembi fl-art,
Kif ma nitgħallmu qatt?
Credits
from Il-Ħlas,
released June 29, 2019








