🔗 ⚙️

Iċ-Ċimiterju from Ħabullabullojb by Brodu

Tracklist
6.Iċ-Ċimiterju4:51
Lyrics

Xi kultant nitlef ftit il-fil u ninsa minn fejn ġej,
’Il fej’ sejjer, fej’.
Il-ħajja fiha tlugħ u nżul,
Aktar tlugħ minn inżul,
Aktar tlugħ mi’ nżul.
Ma rridx ingerger, tifhimnix, tifhimnix ħażin,
ingerger m’iniex.
Iżda ta’ bniedem fqir li jien,
Ma narax ’il quddiem,
Nisħet il-ħolqien.
Inpoġġi bilqiegħda ħdejk, ġiex kitarri, ġiex tazzi te.
Tqabbad sigarett, u ndoqqu dan id-dwett, b’kordi mnikktin.
Nintilfu għal ftit, għal ftit meħlusin.
Il-kuġin qalli tinkwetax għax għal hawn m’aħniex
Trid jew ma tridhiex.
Ma tridx teħodha f’sens ħażin,
Li jrid jgħid hi din,
Li ma tridx titlef ħin.
Iċ-ċimiterju q’ed viċin, jgħidulek miskin,
għax fejn il-mejtin.
Lili jogħgobni filgħaxija
Iż-żiffa, iċ-ċipress, id-dija…
Inpoġġi bilqiegħda ħdejk, ġiex kitarri, ġiex tazzi te.
Tqabbad sigarett, u ndoqqu dan id-dwett, b’kordi mnikktin.
Nintilfu għal ftit, għal ftit meħlusin.

Credits
from Ħabullabullojb, released November 14, 2014
LicenseAll rights reserved.
Tags
Recommendations