🔗 ⚙️

Rendikont from Kuntrabanda by Brikkuni

Tracklist
9.Rendikont3:24
Lyrics

Obżoq kemm trid f’wiċċ dan il-kantant….OBŻOQ!
Mar-ritornell qis li xxarrabblu daqqtejn bis-sieq
Forsi fl-aħħar tniggżu l-kuxjenza u jħossu
obbligat jonqox ftit dettal jinten x’mkien fl-isfond

Li jbaxxi leħnu u jammetti li kollox tond li
jrid jew ma jridx ser ikollu jagħtikhom
rendikont għali ffirmat b’inka mżellga ġo gwarniċ tas-sold
imdendel m’għonqu, rendikont
bin-numru, r-ritratt u l-isem ta’ ħbieb
tal-ħakk perpetwu fil-banju tal-bried
kunjom kull waħda li ħabbejt sa ma ħlibt
Għax sormi wiesgħa u ma qgħadx fil-miżien

Ix-xogħol, sens falz ta’ dmirijiet li jbellgħulek
f’żogħżitek biex iżommuk f’postok iżommuk kwiet
sa ma minn fommok jiżolqu barcodes mhux kliem
u l-imħabba minn patt issir biss kundizzjonijiet
Fid-dwejjaq ta daż-żobb ta pajjiż li lwienu jfittex
Fil-ħdura ta partit
ta’ poplu li leħnu jsemmgħu biss
kull meta jogħla t-trab tal-ħasil
iż-żwiemel kollha tgħallmu jingħu bħal ħmir
żwiemel u ħmir jistennew ħanżir itir
sa minn Alla l-pastizz jgħamilna Maltin

Issa li żlaqt fit-30
Issa nista ngħid li qlajtu f’sormi
issa nista ngħid li veru intlift
Wens fadal biss, fadal biss
Ħara m’Alla f’nofs ta’ xagħra mixħut, mitluq,
Mixħut mitluf minn sensik.
Mitluf tibghat messagg tistaqsiha kif inti
sabiex twiegbek tajjeb grazzi
F’Lulju jien iżżewwigt
Il-ħolma laħqet nitnet, saret frak
Il-ħolma tfewqet iżda l-istonku ma straħx
La mmut kull toqba f’gismi jimlew bit-tajjar
qraba w ulied ma nħallilhomx ħaqq
Euro fil-wirt

L-aħħar qatra mit-tazza niżżilt
Kont għidt xi ħaga imma naħseb li ntlift
iva hekk jew b’hekk jien ma jienx ħlief kantant
dak li ngħid jien ġia jafu kulħadd

Credits
from Kuntrabanda, released November 16, 2008
LicenseAll rights reserved.
Tags
Recommendations